Matul l-aħħar sigħat komplew jersqu ‘l quddiem aktar persuni li żvelaw kif informazzjoni sensittiva dwar l-investigazzjoni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, kienet qed tiġi leaked lill-persuni suspettati bl-istess assassinju.
Filfatt, ħarġu dettalji dwar kif kien ġie llikjat – Il-pjan tar-rejd fuq il-suspettati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia – Il-konferma tasal mill-eks avukati tal-Koħħu. L-avukat Arthur Azzopardi, li kien jirrapreżenta lil Vince Muscat, żvela dan waqt podcast ġdid bl-isem ‘Who killed Daphne?’
Meta kien intervistat mill-ġurnalista investigattiv Stephen Grey, Azzoppardi qal li “intermedjarju” kien avviċinah u taħ id-dettalji ta’ rejd li kienu qed jippjanaw il-pulizija. Hu kien qed jinfurmah dwar ir-raid li sar f’Diċembru tal-2017 fil-Marsa.
L-intermedjarju, li għad mhux magħruf min hu, kien qal lill-Avukat tal-Koħħu biex jipprepara għall-arresti eventwali, sabiex ikun jista’ jirrappreżenta wieħed mill-persuni suspettati li splodew il-bomba. L-intermedjarju, skont Azzoppardi, kien jaf ukoll dettalji dwar l-evidenza li l-pulizija kellha fuq is-suspettati.
L-eks avukat tal-Koħħu, fil-podcast, jgħid ukoll li beża’ jinforma lill-pulizija bil-leak, għaliex ma riedx li l-aġir tiegħu jkun illikjat mal-kriminali. Hu spjega li ma setax jiekol jew jorqod… kien qed ipejjep ħafna, ma setgħax jimxi sew u kien inkwetat b’dak kollu li sema’.
Din mhux l-ewwel darba li suspettati fil-qtil tal-ġurnalista qalu li kien hemm dettalji llikjati mill-għola awtoritajiet. Dan għaliex il-middleman Melvin Theuma u Yorgen Fenech kienu ppuntaw subajhom lejn diversi uffiċjali għolja fosthom l-eks Chief of Staff Keith Schembri.
//= $special ?>