L-Iran keċċew lill-kowċ Dragan Skocic, ħames xhur qabel ma tibda t-Tazza tad-Dinja fil-Qatar. L-aġenzija Irna qalet kif il-kumitat tekniku tal-Iran ħa d-deċiżjoni li jkeċċi lil Skocic.
Skocic inħatar kowċ fi Frar tal-2020 minflok Mar Wilmots. Hu rnexxielu jwassal lill-Iran sat-Tazza tad-Dinja għas-sitt darba fl-istorja ta’ dan il-pajjiż fejn irnexxielu jirbaħ 15 minn 18-il partita. L-Iran fit-Tazza tad-Dinja se jkunu qed jilagħbu fi Grupp B, flimkien mal-Ingilterra, Wales u l-Istati Uniti.
//= $special ?>