Internazzjonali

Mewġa ta’ sħana enormi fir-Renju Unit

Għall-Ingliżi, mhuwiex daqstant komuni li t-temperaturi jmissu l-35 grad celcius. U huwa propju għalhekk li jeżisti tħassib dwar il-mewġa ta’ sħana li se tolqot ir-Renju Unit matul din il-ġimgħa – bit-temperaturi mistennija jinħassu daqs li kieku wieħed qiegħed il-Bahamas, jew fuq xi xtajta fil-Mediterran.

Il-Met Office tar-Renju Unit kien qed jindika li f’dawn il-jiem it-temperatur se taqbeż it-33 grad, u l-aktar sħana se tinħass fin-naħa t’isfel tal-Ingliterra u partijiet minn Wales.

Esperti tas-saħħa qed jappellaw biex l-anzjani jixorbu u jibqgħu għall-frisk, filwaqt li min għandu qraba vulnerabbli qed ikun imħeġġeġ jieħu ħsieb tagħhom anke matul il-lejl meta s-sħana se tibqa’ konsiderevoli.