Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq ċint waqt li kien qed jagħmel xi xgħolijiet. L-inċident seħħ Illum għal xis-siegħa ta’ waranofsinhar fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 64 sena residenti Ħal Qormi, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq ċint waqt li kien qiegħed jaħdem.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>