Il-Maltija Miriana Tonna, ta’ 15-il sena, rebħet il-Konkors Internazzjonali Miss Moda Sicilia ta’ din is-sena.
Quddiem ġurija internazzjonali ta’ persuni famużi fl-industrija fosthom Arianna David li rebħet il-konkors Miss Italia fl-1993, stilisti, u aġenti tal-moda, Tonna, ma kienet l-uniku Maltija li ħarġet bl-unuri. Dan meta Luke Buhagiar, ta’ 7 snin, rebaħ il-kategorija ‘Mister Baby Moda’.

Ir-rebbieħa tal-overall, Miriana Tonna, rebħet ukoll il-kategorija ‘Miss Lingerie.’
Apparti Miriana u Luke, diversi Maltin oħra ħadu sehem f’dan il-konkors b’ħafna minnhom jagħmlu suċċess. Filfatt f’post fuq Facebook, l-għalliema tal-moda u sid ta’ ‘Vipaj Academy’, Janice Busuttil, esprimiet il-ferħ tagħha għas-suċċess li l-Maltin kisbu fl-Italja fejn ħabbret ukoll li wara din l-esperjenza fl-Italja, ħafna mill-Maltin issa jinsabu viċin esperjenzi ħafna ikbar fix-xena tal-moda fosthom waqt il-fashion week ta’ Milan u konkors ieħor fi Spanja.
Total ta’ 13-il mudell u mudella minn Vipaj Academy ħadu sehem f’dan il-konkors u fost ir-rebbieħa kien hemm Faith Antonelli Amato li rebħet ‘Miss Fotogenica’ u ‘Miss Eleganza’.
//= $special ?>