Sport Sport Ieħor

Tour de France: Bob Jungels jirbaħ id-disa’ stadju

(Ritratt: EPA)

L-Olandiż Bob Jungels ta’ Citroen Team, rebaħ id-disa’ stadju tat-Tour de France fuq distanza ta’ 192.9 kilometri minn Aigle sa Chatel Les Portes du Soleil. Jungels rebaħ b’distakk ta’ 22 sekonda fuq l-Ispanjol Jonathan Castroviejo ta’ Ineos Granadiers.

Fit tielet post l-Ispanjol Carlos Verona ta’ Movistar Team b’distakk ta’ 26 sekonda qabel Thibaut Pinot ta’ Franza għal Groupama b’distakk ta’ 40 sekonda filwaqt li s Sloven Tadej Pogacar ta’ UAE Team Emirates daħal fil-ħames post b’distakk ta’ 49 sekonda. Fil-klassifika ġenerali Tadej Pogacar ta’ Team Emirates saħħaħ postu fl-ewwel post bi 33 siegħa 43 minuta 44 sekonda b’distakk ta’ 39 sekonda fuq Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Jumbo Visma u l-Britanniku ta’ Ineos Granadiers Gerain Thomas b’distakk ta’ 1 minuta 17 il-sekonda. Illum hija ġurnata ta’ mistieħ sabiex għada t-Tour ikompli fir-rotta bejn Morzirte Le Porte du Soleil sa Megeve.