Lokali

Żewġt irġiel iweġġgħu wara li kienu involuti f’inċident fil-Mellieħa

Żewġt irġiel kellhom jittieħdu l-Isptar wara li kienu involuti f’inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart ta’ dalgħodu fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li waqt li raġel ta’ 22 sena residenti ż-Żejtun kien qed isuq vann tat-tip Isuzu NKR, ħabat ġo vann ieħor tat-tip Iveco Eurocargo li kien wieqaf mal-ġenb tat-triq.

Jidher ukoll li waqt l-impatt raġel ta’ 47 sena residenti l-Imdina intlaqat mill-vettura.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi li ħadu liż-żewġt irġiel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa. Aktar tard, ix-xufier tal-vann ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief filwaqt li l-ieħor ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Puzliija ghadhom għaddejjin.