Għawdex Lokali

Aktar każi ta’ kriminalità f’Marsalforn; Malti u Libjan akkużati b’serqiet vjolenti

Fl-aħħar sigħat żewġt irġiel kienu arrestati, wara li saru investigazzjoniet intensivi mill-Pulizija tad-Distrett t’Għawdex.

L-irigel huma Libjan ta’ 42 residenti mill-Munxar u Malti ta’ 26 sena residenti Għajnsielem. Dawn l-arresti saru b’rabta ma żewġ serqiet vjolenti li seħħew fil-lejl tal-10 ta’ Lulju f’Marsalforn.


Huma tressqu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech fil-Qorti t’Għawdex b’akkużi relatati ma’ serq ta’ flus kontanti, ikkaġunar ta’ ġrieħi ħfief u ġarr ta’ strument li jaqta’ u bil-ponta mingħajr liċenzja, fost oħrajn.

L-irġiel wieġbu mhux ħatja u nħelsu mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.