Ifalli milli jwieġeb dwar in-nuqqas ta’ arrest ta’ Iosif Galea u d-direttivi msejħa mill-unjins tal-Pulizija
Il-Kummissarju tal-Pulizija m’għandux idea f’hiex waslet l-investigazzjoni interna b’rabta mal-każ ta’ Iosif Galea.
Dan wara li minkejja li kellu mandat ta’ arrest mill-Ġermanja, Iosif Galea kien tħalla kemm-il darba jidħol u joħroġ minn pajjiżna qisu xejn m’hu xejn…sakemm ġie arrestat mill-Guardia di Finanza waqt li kien l-Italja fuq vaganza f’Mejju – kumbinazzjoni mal-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Joseph Muscat.
Mistoqsi minn Net News dwar l-investigazzjoni interna li għaddejja…u dwar ir-raġuni għalfejn ma ġiex arrestat f’Malta…il-Kummissarju Angelo Gafà farfarha fuq il-Police Complaints Board, illi suppost qed imexxi din l-investigazzjoni.
Staqsejna wkoll lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar is-sitwazzjoni deskritta minn bosta, inkluż miż-żewġ unjins tal-Pulizija l-MPU u l-POU bħala ddisprata….tal-uffiċjali tal-Pulizija.
Dan minħabba kundizzjonijiet xejn pjaċevoli…u nuqqas ta’ riżorsi umani enormi li qed ikunu ta’ detriment mhux biss għall-Pulizija nfushom iżda anke għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Iżda minkejja d-direttivi u l-appelli tal-unjins…Angelo Gafà ma ħassx li kien opportun li jwieġeb.
Intant, il-Kummissarju tal-Pulizija kien mistoqsi wkoll x’azzjonijiet u passi kriminali qed jittieħdu fil-konfront ta’ persuni fl-ogħla awtoritajiet….inkluż politiċi…b’Gafà jinsisti li passi fil-konfront ta’ politiċi ttieħdu.
Minkejja din l-istqarrija, bosta jinsabu perplessi jiprovaw joħorġu minn tal-inqas b’isem wieħed ta’ politiku li ttieħdu passi fil-konfront tiegħu fejn kien xieraq.
//= $special ?>