Fl-AMEX Community Stadium minn Grupp A l-Ingilterra faċilment għelbet lin-Norveġja bi tmien gowls mingħajr risposta biex kisbu l-akbar rebħa sa issa fil-kompetizzjoni.
Wara biss 12-il minuta, l-Ingilterra fil-vantaġġ wara li minn penalty Georgia Stanway għelbet lil Guro Pettersen. Fin-nuqqas ta’ reazzjoni minn Norveġja, l-Ingilterra meritatament irduppjat erba’ minuti wara meta minn pass ta’ Beth Mead lejn Lauren Hemp li għelbet lil Pettersen. Fid-29 minuta l-iskor sar saħansitra 3-0 b’ gowl minn Ellen White. Ebda paragun bejn iż-żewġ timijiet tant li fil-35 minuta minn azzjoni ta’ Lauren Hemp kienet Beth Mead li għamlet l-iskor 4-0. Fid-39 minuta mill-ġdid Mead għelbet lil Pettersen din id-darba minn azzjoni ta’ Fran Kirby għall-ħames gowl Ingliż. Fil-41 minuta kienet Ellen White li minn pass ta’ Kirby għamlet l-iskor 6-0 fi tmiem l-ewwel taqsima. Kollox faċli għall-Ingilterra fil-bqija tal-partita bl-iskor isir 7-0 fis-66 minuta minn Alessia Russo minn azzjoni ta’ Lucy Bronze. Biex l-aħħar gowl tal-partita wasal fit-88 minuta minn pass ta’ Keira Welsh lejn Beth Mead li ma’ żbaljatx u għaqdet tripletta peronali.
Mill-istess grupp fis-St.Mary’s Stadium l-Awstrija kisbet rebħa ta’ 2-0 fuq l-Irlanda ta’ Fuq. Gowl f’kull taqsima kienu biżżejjed għall-Awstrija biex għelbu lill-Irlanda u kisbu l-ewwel rebħa fil-grupp wara t-telfa minima kontra l-Ingilterra fl-ewwel partita. Fid-19-ilminuta, l-Awstrija fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Sarah Puntigam kienet Katharina Schiechlt li għelbet lil Jacqueline Burns. Riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima. Reazzjoni sterili mill-Irlanda matul it-tieni taqsima bl-Awstrija tirdoppja fit-88 minuta permezz ta’ Katharina Naschenwerg minn azzjoni ta’ Puntigam. Fil-kalssifika issa l-Ingilterra fl-ewwel post b’6 punti filwaqt li l-Awstrija u n-Norveġja jinsabu fit-tieni post bi tliet punti kull wieħed. L-Irlanda ta’ fuq jibqgħu fl-aħħar post bl-ebda punt.
//= $special ?>