Il-kowċ ta’ Floriana FC Gianluca Atzori rebaħ l-unur tal-aqwa kowċ tal-Kampjonat Premier tal-istaġun 2021/22 waqt l-ewwel edizzjoni tal-MFCA Awards li saret fi tmiem il-ġimgħa. Atzori fl-ewwel staġun tiegħu mal-Greens rebaħ l-FA trophy kif ukoll spiċċa fit-tieni post fil-kampjonat.. Thane Micallef, li l-istaġun li għadda kien coach ta’ Gudja United spiċċa fit-tieni post.
Brian Spiteri ta’ Żebbuġ Rangers rebaħ l-unur tal-aqwa kowċ taċ-Challenge League wara li l-istaġun li għadda mexxalil Żebbuġ għal promozzjoni għall-ogħla diviżjoni. Waqrajh spiċċa Jaques Scerri ta’ Pembroke Athleta.
L-Unur tal-aqwa kowċ tal-Amateur League rebħu l-kowċ ta’ Żurrieq FC George Magri bit-tieni post ikun Daniel Agius kowċ ta’ Attard FC.
L-MFCA Awards kien organizzat mill-Kumitat tal-Malta Football Coaches Association u saru fis-sala tas-Centenary Stadium f’Ta’ Qali bi preżentazzjoni tal-ġurnalist u preżentatur ta’ TVMSport Simon Farrugia.
Waqt is-serata ingħataw diversi uniuri oħra fosthom l-unur speċjali lill-eks President tal-Malta Football Coaches Association u eks kowċ ta’ diversi tims lokali u anke tat-tim Nazzjonali Tony Formosa.
Ingħata unur speċjali wkoll lill-President attwali tal-MFCA Lolly Aquilina f’għeluq it-30 sena mit-tmexxija ta’ din l-Assoċjazzjoni.
Aquilina fid-diskors tiegħu qali li jittama li dawn l-unuri mill-kowċis għall-kowċis jidħlu fil-kalendarju ta’ kull sena tal-MFCA.
Għal din is-serata attendew il-President tal-MFA Bjorn Vassallo, it-tliet Viċi Presidenti tal-MFA kif ukoll il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Graham Bencini fost mistiedna oħra.
Ir-Rebbieħa kollha tal-ewwel edizzjoni tal-MFCA Awards kienu dawn:
MFCA AWARDS 1ST EDITION – SEASON 2021/22
Premier League
Best Coach: Gianluca Atzori Floriana FC
Runner Up: Thane Micallef Gudja FC
Challenge League
Best Coach: Brian Spiteri Żebbuġ FC
Runner Up: Jacques Scerri Pembroke FC
Amateur League
Best Coach: George Magri Żurrieq FC
Runner Up: Daniel Agius Attard FC
Youth League Under 19
Best Coach: Ivan Casha Ħamrun Spartans FC
Runner Up: Matthew Caruana Kirkop FC
Youth League Under 17
Best Coach: Matthew Psaila Pieta’ Hotspurs FC
Youth League Under 15
Best Coach: Carlos Dimech Valletta FC
Futsal League
Best Coach: Gabriel Dobre Luxol FC
Women’s League
Best Coach: Melania Bajada Birkirkara FC