Eluf ta’ nies inġabru fit-toroq ta’ Tokyo sabiex jagħtu l-aħħar tislima lill-eks Prim Ministru Shinzo Abe li nqatel fit-8 ta’ Lulju. Il-karozza li fiha kien hemm il-katavru tiegħu għaddiet minn bosta postijiet importanti f’Tokjo, qabel ma waslet fil-Kirigaya li hija sala fejn isiru l-funerali.
Imbgħad il-funeral kompla f’forma privata għall-qraba u l-ħbieb ta’ Shinzo Abe.
Barra t-tempju kien hemm bosta persuni bil-bukketti tal-fjuri f’idejhom bħala rispett lejn Shinzo Abe. Uħud baxxew rashom filwaqt li dehru mbikkmin sakemm kienet għaddejja l-karozza.
Diversi ċittadini li qed jibku t-telfa ta’ Shinzo Abe qalu li taħt it-tmexxija tiegħu kienu jħossuhom siguri, u l-miżuri li kien ħa fi żmien il-pandemija tal-Covid-19 kienu effettivi ħafna.
//= $special ?>

