Atletika Sport

It-tielet edizzjoni tal-EAP se ssir f’Malta

114 atleta u uffiċjal minn madwar l-Ewropa u pajjiżi oħra b’kollox 23 pajjiż differenti, flimkien ma 115 atleta lokali nhar is-Sibt 16 ta’Lulju fl-Istadium tal-Atletika fil-Marsa se jkunu fl-azzjoni fil-kompetizzjoni tal-European Athletics Promotion circuit li jlaqqa’ kompetizzjonijiet fejn atleti minn klabbs membri jkunu mistiedna jipparteċipaw.

Kull klabb huwa obbligat li jorganizza kompetizzjoni u jistieden numru ta’ atleti. Din hija t-tielet darba li Malta permezz ta’ Pembroke Athletics & Triathlon Club qed torganizza din il-kompetizzjoni. Atleti minn klabbs lokali oħra kif ukoll atleti barranin mhux membri tal-EAP, ukoll ikollhom l-opportunitaà jipparteċipaw f’dan l-avveniment. Id-dettalji ingħataw minn Victor Camilleri, President ta’ Pembroke Athletics & Triathlon Club flimkien ma’ Ian Paul Grech, Champion Nazzjonali tal-Long Jump u Triple Jump flimkien ma’ Jason Smyth bla dubju wieħed mill-aqwa atleti paralimpiċi ta’ kull żmien.

Jason Smyth apparti tmien darbiet champion tad-dinja bejn l-2006 u l-2019 u sitt darbiet champion tal-Ewropa, huwa wieħed mill-aqwa atleti fil-Paraolimpijadi. Fl-2008 f’Beijing rebbieħ tal-100 metru u 200 metru, l-istess f’Londra fl-2012 filwaqt li f’Rio fl-2016 u f’Tokjo fl-2021 rebbieħ tal-100 metru. Is-sitt midalji Olimpiċi mirbuħa fil-Kategorija T13 European Athletics Promotion Circuit Meetings qed isiru f’ Aarhus (Danimarka), Amsterdam (Olanda), Biella, Castiglione della Pescaia, Catania, Celle Ligure and Codroipo (Italja), Belfast (Irlanda ta’ Fuq), Budapest (Ungerija), Geneve (Żvizzera), Hexham and Loughborough (Renju Unit), Nivelles and Valence (Franza), Palafrugell (Spanja), u Malta.