Internazzjonali

KONFERMATA: Totti u Ilary ma jibqgħux flimkien

Ir-relazzjoni tal-footballer professjonali Francesco Totti u martu, Ilary Blasi spiċċat fix-xejn wara 17-il sena miżżewġin.

Huma kienu ilhom jafu lil xulxin għal 20 sena filwaqt li għandhom tlett itfal.

Rapporti fil-midja dwar din il-possibiltà kienu ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar xhur, b’konferma ta’ dan ħarġet ftit tas-sigħat ilu.

Dan ħabritu Blasi fi stqarrija qasira fejn matulha kien hemm biss il-konferma ta’ dan filwaqt li saħqet li l-proċess ta’ separazzjoni se jinżamm privat.