Fl-10 stadju tat -Tour de France fuq medda ta’ 145 kilometru minn Morzine Les Portes Du Soleil sa Megeve success għad-Daniż Magnus Cort Nielsen ta’ EF Education EasyPost li fi 3 sigħat 18 il-minuta u 50 sekonda rebaħ b’photo finish l-isprint fuq Nicholas Schultz ta’ New Zealand ghal Team Bikeexchange Jayco u l-Ispanjol ta’ Bahrain Victorious Luis Leon Sanchez. Is-Sloven Tadej Pogacar ta’ Team Emirates baqa’ fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali b’total ta’ 37 siegħa 11 il-minuta u 28 sekonda fejn fetaħ vantaġġ ta’ 11-il sekonda fuq il-Ġermaniż Lennard Kamna ta’ Bora Hansgrohe. Il-11-il stadju huwa fuq medda ta’ 152 kilometru minn Albertville sa f’Col Du Grannon Serre Chevalier.
//= $special ?>Magnus Cort jirbaħ l-10 stadju tat-Tour de France
12 ta' Lulju 2022

You may also like
AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES