Sport Sport Ieħor

Malta b’kontinġent ta’ 29 atleta għall-Logħob tal-Commonwealth f’Birmingham

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar il-kontingent li se jikkompeti fil-Logħob tal-Commonwealth li għandu jsir f’Birmingham bejn it-28 ta’ Lulju u t-8 ta’ Awwissu.

Malta se tkun rappreżentata f’disa’ dixxiplini b’kontingent ta’ 29 atleta li tlieta minnhom ikkwalifikaw fuq il-merti u kwalifiki li kisbu.

Dettalji ingħataw mid-Direttur tal-isport u chef de mission tal-kontingent Charlene Attard li spjegat il-kriterji li ntużaw biex saret l-għażla finali fejn ghamlet enfażi li l-weightlifters ikkwalifikaw fuq mertu tagħhom bil-kwalifiki li kisbu filwaqt li l-oħrajn skont ir-riżultati miksuba u li laħqu l-livell ta’ kwalifika stabbilit mill-KOM.

Julian Pace Bonello President tal-Kumitat Olimpiku Malti għamel enfażi dwar il-kontinġent fejn flimkien ma atleti ta’ esperjenza hemm oħrajn li għandhom talent. Mal-kontingent se jingħaqdu tlett plejers mit-tim tal-Lawn Bowls tan-nisa li fl-2018 rebħu l-midalja tal-bronż.

Il-weightlifter Tenishia Thornton u l-plejer tal-isquash Kijan Sultana se jġorru l-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-ftuħ. L-għażla saret a bażi tar-riżultati fix-xena internazzjonali li t-tnejn kisbu.

Il-kontingent Malti se jkun immexxi mill-President Julian Pace Bonello u mis-Segretarju Generali Kevin Azzopardi, Paul Sultana bħala assistant chef de Mission,

Il-kontinġent Malti huwa dan :

Atletika : Claire Azzopardi, Charlotte Wingfield, Janet Richard, Carla Scicluna flimkien mal-uffiċjal Rebecca Sare

Badminton : Matthew Abela, Sam Cassar u l-uffiċjal Matthew Haynes.

Cikliżmu : Aiden Buttigieg u l-uffiċjal Etienne Bonello.

Judo : Isaac Bezzina, Katryna Esposito u l-kowċ Aurelien Fleisz

Lawn Bowls : Connie Rixon, Rosemarie Rixon, Rebecca Rixon, Iren Attard, Shaun Parnins, Mark Malogorski, Troy Lorimer, Peter Ellul u l-uffiċjali Rex Johnston, Joe Saragozza

Squash : Kijan Sultana, Colette Sultana, Niall Engerer, Lija Sultana u l-uffiċjal Robert Sultana.

Triathlon : Danica Bonello Spiteri, Keith Galea u l-uffiċjal Warren Muscat

Weightlifting : Tenishia Thornton, Yazmin Zammit Stevens, Roberta Tabone, Elisa Scicluna u l-uffiċjal Jesmond Caruana

Wrestling : Gary Giordimaina, Adam Vella flimkien mal-kowċ Jesmond Giordimaina.