Sport Waterpolo

Sliema jirritornaw għar-rebħ … Valletta u Marsaskala jibqgħu jirbħu fl-Ewwel Diviżjoni

(Ritratt: Joseph Galea)

Rapport: Stewart Said

SLIEMA FRANK SALT…… 19

EXILES…………………………. 5

(5-1), (2-2), (5-1), (7-1)

Sliema Frank Salt irkupraw tal-anqas moralment miż-żewġ telfiet kontra San Ġiljan il-ġimgħa l-oħra. Huma żvogaw il-frustrazzjoni tagħhom f’Exiles b’rebħa li daret f’waħda faċli.

Wara li Exiles fetħu l-iskor permezz ta’ Max Aquilina, Sliema rrispondew b’ħames gowls konsekuttivi skorjat minn John Brownrigg u doppjetti ta’ Dino Zammit u Matthew Mifsud. Il-vantaġġ ta’ Sliema kompla jikber għal 7-1 sakemm Exiles naqqsu d-distakk għal 7-3 fl-aħħar parti tat-tieni sessjoni.

Sliema komplew juru s-superjorità tagħhom anki fit-tielet sessjoni. Huma saħansitra serrħu rashom minn possibbiltà ta’ rimonta tal-avversarji, b’Dino Zammit jiskorja tlieta mill-ħames gowls Slimiżi. Fl-aħħar sessjoni, Sliema komplew jixxalaw b’Matthew Mifsud jiskorja tripletta hekk kif Exiles bdew jinqabdu mhux ftit fid-difiża.

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta, L. Galea (1), D. Rizzo, M. Meli (2), B. Cachia, K. Borg, M. Mifsud (5), J. Brownrigg (2), J. Gambin (1), Z. Mizzi (2), D. Zammit (6), A. Theuma

Exiles: M. Castillo, N. Saliba, M. Paris Roding, P. Paris, T. Sullivan, S. Xerri de Caro, M. Fenech (1), K. Griscti, N. Paris (1), J. Bajada, M. Aquilina (1), D. Fenech (1), G. Borg, M. Martellacci (1), L. Pursehouse

Referees: Fabio Brasiliano, Alex de Raffaele

VALLETTA IZIBET……. 13

OTTERS NIVEA………… 9

(4-2), (2-1), (3-2), (4-4)

Valletta Izibet baqgħu jokkupaw il-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni. Għalkemm kellhom il-kontroll tal-logħba, Valletta setgħu għamlu ferm aħjar fil-logħba, b’Otters baqgħu b’ċans li jsalvaw xi ħaġa mil-logħba sal-aħħar minuti.

Doppjetta ta’ Stephen Micallef għenet lil Valletta jiftħu vantaġġ ta’ 3-1 fl-ewwel sessjoni. Reazzjoni minn Otters li fit-tieni sessjoni naqqsu d-distakk għal 4-3 sakemm gowls minn Andrea Agius u Nicholas Farrugia daħħlu lil Valletta jistrieħu 6-3.

Il-logħba żammet l-istess livell, b’Otters li setgħu daħlu iktar fil-partita kieku sfruttaw l-okkażjonijiet. Valletta skorjaw żewġ gowls konsekuttivi u kabbru d-distakk għal 9-4.

Għalkemm fl-aħħar sessjoni, il-vantaġġ ta’ Valletta niżel għal tliet gowls f’żewġ okkażjonijiet jew aħjar 9-6 u 11-8, xorta baqgħu jikkontrollaw. Iżda f’mument minnhom deher li Otters kienu għadhom biċ-ċans, sakemm Rheinhard Attard u Michele Mifsud għalqu l-logħba.

Valletta: B. Busuttil, N. Farrugia (1), T. Said, J. Culic (1), S. Busuttil, Z. Micallef (1), M. Pace, M. Mifsud (2), S. Micallef (2), A. Agius (3), K. Galea, K. Cremona, A. Bugeja, L. Felice (2), R. Attard (1)

Otters: M. Xerri, K. Scicluna, L. Grech Carr (5), M. Farrugia, D. Dimech, I. Azzopardi (2), S. Dimech (1), L. Dimech, S. Apap, Z. Bartolo, A. Dimech (1), G. Gatt Ellis

Referees: Fabio Brasiliano, Stefan Licari

M’SKALA FISH AND FISH… 13

M’XLOKK BROWN’S………… 5

(3-0), (1-1), (4-1), (5-3)

It-tielet rebħa konsekuttiva għal Marsaskala Fish and Fish fl-Ewwel Diviżjoni li biha komplew isaħħu t-tieni post u baqgħu jisfidaw lil Valletta. Ir-rebħa għal Marsaskala qatt ma kienet f’dubju u dejjem kienu fil-vantaġġ.

Gowls minn Mark Carani, Jake Ciantar u Kyle Navarro taw vantaġġ ta’ tliet gowls lil Marsaskala fl-ewwel sessjoni. Ryan Galea naqqas id-distakk fit-tieni sessjoni iżda Gerald Sammut żamm il-vantaġġ tal-Iskalin għal tliet gowls.

Marsaskala għamlu ċert mir-rebħa fit-tielet sessjoni b’doppjetta ta’ Jake Ciantar u gowl ta’ Gerald Sammut li kabbru l-vantaġġ għal 8-2. L-aħħar sessjoni kienet formalità b’aktar plejers jiġu utilizzati filwaqt li l-kompattezza tat-timijiet intilfet xi ftit.

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, A. Camenzuli, R. Greco, G. Galea (1), K. Navarro (2), M. Manara, D. Pace Lupi (1), G. Sammut (2), J. Ciantar (4), M. Carani (2), A. Muscat, F. Scardino, L. Falzon (1)

Marsaxlokk: S. Mifsud, R. Spiteri, C. Cutajar, B. Zammit, T. Agius, D. Bugeja, M. Zammit (1), L. Mallia (1), L. Saliba, R. Galea (3), J. Valletta, E. Mallia, M. Farrugia, J. Pawley, R. Scerri

Referees: Massimiliano Sponza, Richard Magri

Logħob li jmiss

Għada

L-Ewwel Diviżjoni: Ta’ Xbiex v Barracudas 6.15pm

Kampjonat Premier: Neptunes v Birżebbuġa 7.20pm, San Ġiljan v Sirens 8.25pm