Internazzjonali

Teleskopju juri għall-ewwel darba stampa mimlija kuluri tal-Univers

Teleskopju ġdid ta stampa ġdida tal-Univers… stampa mimlija kuluri!

It-teleskopju bl-isem ta’ James Webb Space Telescope hu l-ewwel teleskopju b’kapaċità li jieħu ritratti bil-kulur tal-Univers b’dettall liema bħalu fejn juri d-dwal mill-galassji li ħadu biljuni ta’ snin biex waslu sad-dinja.

Dan ir-ritratt ħareġ minn Nasa, fejn fil-ġranet li ġejjin mistennija joħorġu iktar ritratti simili.