Ir-relikwa Franċiża magħrufa bħala “precious blood” mistennija li tiġi rritornata wara li spiċċat għand Arthur Brand, li huwa investigatur tal-arti.
Madwar xahar ilu l-Knisja Kattolika kienet ixxukkjata wara li relikwa tad-deheb li allegatament fiha d-demm ta’ Ġesu’ kienet misruqa ġimagħtejn qabel ċelebrazzjoni li ssir kull sena fi Franza.
Arthur Brand ddeskriva l-operazzjoni elaborata sabiex irnexxielu jakkwista lura din ir-relikwa, u qal ukoll li t-Tlieta din ir-relikwa se tittieħed għand il-Pulizija. Ir-relikwa nsterqet fl-1 ta’ Ġunju mis-sagristija ta’ Fécamp fejn il-ħalliel x’aktarx issakkar hemm għal lejl sħiħ, u ħadd ma ntebaħ bih.
Meta Arthur Brand kellu l-opportunita li jara din ir-reliqua b’għajnejh iddeskriviha bħalha esperjenza unika reliġjuża.
//= $special ?>

