Futbol

Wirja pożittiva minn Hibernians

(Ritratt: EPA)

Hibernians………………..0 (0)

Shamrock Rovers…….0 (3)

Hibernians: I. Kone, Z. Grech (G. Mensah 75′), G. Llerna (A. Laursen 84′), R. Soares (L. Fonseca 84′), Gabri (J. Zerafa 68′), A. Attard (Thaylor 68′), J. Grech, A. Diakite, D. Vella, J. Degabriele, T. Groothusen

S. Rovers: A. Mannus, S. Hoare, R. Lopes, L. Grace, R. Finn (S. Gannon 77′), D. Watts (J. Byrne 77′), C. McCann (S. Kavanagh 77′), G. O’Neill, A. Lyons, A. Greene (R. Towell 57′), R. Gaffney (A. Emakhu 80′)

Referee: M. Lukjančukas

Fil-partita tar-ritorn, Hibernians u Shamrock Rovers, temmew fi draw ta’ 0-0 fis-Centenary Stadium. Fl-ewwel leg l-Iralndiżi kienu prattikament għalqu l-partita wara li rebħu bl-iskor ta’ 3-0, u b’hekk din il-partita ftit kien fiha storja.

B’Hibernians ikunu xi ftit aħjar mill-avversarji hekk kif kellhom aktar mill-pusses, l-aktar azzjoni perikoluża tal-partita waslet ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Jurgen Degabriele. Bit-tieni taqsima, tibqa’ bl-istess ritmu tal-ewwel waħda, Shamrock Rovers ħasbu li marru fil-vantaġġ fis-66 minuta iżda l-gowl tiegħu kien mħassar għall-offside. B’Hibernians jibqgħu jikkontrollaw il-partita sat-tmiem, dan ma kienx biżejjed biex it-tim imexxi minn Andrea Pisani għall-ewwel darba jirbaħ il-konfront.