Fl-aħħar sigħat tilfu ħajjithom 3 persuni bil-Covid, bit-total ta’ vittmi f’pajjiżna kaġun tal-virus issa tela’ għal 766.
Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis instabu 418-il każ ġdid u fiequ 601. Il-każi attivi issa huma 7,561.
Fl-aħħar 5 t’ijiem, pajjiżna ra 12-il vittma, filwaqt li kellna 2,099 każ ġdid.
S’issa l-Ministeru tas-Saħħa għadu jirrifjuta li jagħti informazzjoni li tmur lil hinn minn dawn id-dettalji, fosthom l-etajiet tal-vittmi u l-ammont ta’ pazjenti fl-Isptar Mater Dei u dawk li qed jirċievu l-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>