Waqt laqgħa tal-Kumitat Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista li saret ilbieraħ, il-Kumitat ħa nota tar-rapport ta’ Due Diligence li sar fil-konfront ta’ Alex Perici Calascione mill-Kummissjoni Kandidati.
Wara li l-Kummissjoni Kandidati sabet li Alex Perici Calascione huwa idoneju sabiex jikkontesta l-kariga għall-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, ġiet infurmata li l-Kummissjoni Elettorali skond l-iStatut tal-Partit Nazzjonalista, fetħet l-perjodu li fih tintefa’ n-nomina tal-persuna eleġibbli li tikkontesta għal elezzjoni ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Wara li tintefa’ n-nomina se jingħalaq il-perjodu tan-nomini u jkunu jistgħu jiġu determinati l-ġranet li fihom tista’ ssir l-elezzjoni għal ħatra ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista.