Futbol Sport

Barcelona jiffirmaw lil Raphinha mingħand Leeds United

(Ritratt: EPA)

Barcelona komplew bil-kampanja akkwisti tagħhom hekk kif ftit tal-ħin ilu kkonfermaw l-akkwist tal-attakkant ta’ 25 Raphinha mingħand Leeds United.

Spekulazzjoni dwar Raphinha kompliet tintensifika fl-aħħar ġimgħat wara li l-Brażiljan ma’ ngħaqadx mal-iskwadra tal-Peakocks għall-pre season tour tal-Awstralja. Hu mifhum li Barcelona ħallsu s-somma ta’ £55 miljun għal Raphinha li mistenni jiffirma kuntratt ta’ ħames snin.

Fiż-żewġ staġuni li dam ma’ Leeds, Raphinha skorja 17-il gowl u ta 16-il assist. Huwa ngħaqad magħhom mingħand Stade Rennais FC fi Franza. Raphinha se jkun it-tielet akkwist ta’ Barcelona dan is-sajf wara Kessié u Christensen .