DJ Taljan li jgħix Malta, ammetta għal akkużi li jinkludu fastidju sesswali u li wettaq atti fuq tfajla ta’ 17-il sena b’mod mhux xieraq kontra l-volontà tagħha. L-Ispettur Jean Paul Attard akkuża lil Giovanni Trio ta’ 21 sena b’rabta mal-inċident li seħħ f’Paceville għall-ħabta tat-8am ta’ nhar it-Tlieta filgħodu.
Trio huwa mifhum qabad lit-tfajla minn wara u mbagħad insultaha wara li oġġezzjonat g]all-avvanzi tieg]u. Trio ġie mixli li ssuġġetta tfajla għal atti b’konnotazzjonijiet sesswali, li messha b’mod mhux xieraq, li kkaġunaha biża u li aggrediha.
Trio wieġeb ħati wkoll li volontarjament kiser il-paċi pubblika u li pprova juża l-forza kontra t-tifla bil-ħsieb li jinsulenta, iddejjaqha jew iweġġagħha. Hekk kif Trio wieġeb ħati l-Qorti wissiet lill-akkużat li l-akkużi iġorru magħhom sentenza potenzjali ta’ ħabs, fost pieni oħra.
Huwa iżda xorta waħda kkonferma l-ammissjoni tiegħu. Wara li rtirat għal ftit tal-ħin biex tiddelibera dwar is-sentenza, il-maġistrat Doreen Clarke ikkundannat lil Trio għal disa’ xhur ħabs, sospiżi għal sentejn. Huwa tpoġġa wkoll taħt ordni ta’ superviżjoni ta’ sentejn. Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma, li huwa mifhum li jinsab fuq btala f’Malta. L-Avukat Daniel Attard kien avukat tal-għajnuna legali għall-akkużat.
//= $special ?>