Il-Papa Franġisku għadu kemm ħatar lill-Kardinal Mario Grech membru tad-Dikasteru għall-Isqfijiet, flimkien ma’ tlettax oħra, fosthom żewġ sorijiet u mara lajka.
Din l-aħbar tħabbret tul-bullettin tas-Sala Stampa tas-Santa Sede.
Il-Kongregazzjoni għall-Isqfijiet twaqqfet mill-Papa Sistu V fl-1588, u tgħin lill-Papa fl-għażla ta’ isqfijiet ġodda kif ukoll tat-twaqqif ta’ djoċesijiet u seminarji, fost l-oħrajn. Hija tieħu ħsieb ukoll il-formazzjoni kontinwa tal-isqfijiet mad-dinja kollha, anki permezz ta’ laqgħat u rtiri apposta, waqt li tikkordina ż-żjajjar ‘ad limina Apostolorum’ li kull ħames snin l-isqfijiet jagħmlu.
//= $special ?>