Lokali

Ivan Falzon jinħatar Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta

Sorsi li tkellmu ma’ Net News ikkonfermaw li Ivan Falzon inħatar Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta.

Falzon bħalissa jokkupa l-kariga ta’ CEO mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma… kariga li se jibqa’ jokkupa sal-aħħar ta’ Awissu.

Fil-passat huwa kien jokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei.

Falzon se jkun qed jieħu post Trustin Farrugia Cannn wara li rriżenja mill-kariga tiegħu ftit ġimgħat biss wara li laħaq.