Lejliet il-partita mit-tieni leg tal-Europa Conference League bejn Ħamrun Spartans u FC Alashkert, fl-Istadium taċ-Ċentinarju saret il-konferenza tal-aħbarijiet li għaliha kienu preżenti l-coach ta’ Ħamrun Spartans Branko Nisevic u l-midfielder Brażiljan Emerson Marcelina. Ħamrun Spartans se jibdew din il-partita fi żvantaġġ ta’ 1-0 wara li fl-ewwel leg fl-Armenja, għalkemm il-prestazzjoni kienet waħda tajba, sofrew goal fil-25 minuta li ta rebħa lil Alalshkert.
Mistoqsi jekk minħabba li fl-aħħar logħba Hamrun kellhom xi haġa nieqsa fl-attakk fl-aħħar gimgħa ħadmux fuq dan fit-taħriġ, il-kowċ ta Hamrun Spatans Branko Nisevic qal li propju l-aħħar sitt ijiem kienu kollha ddedikati għal dan l-aspett u jekk l-affarijiet ma’ jkunux sejrin tajjeb hemm pjan B u plejers fuq il-bank li jkunu lesti li jidhlu jagħtu l parti tagħhom. Nisevic qal ukoll li jekk Ħamrun ikollhom l-istess wirja iżda ikunu aħjar fl-attakk jemmen li jilħqu l-għan tagħhom.
Il-partita se tkun qed tixxandar live fuq Net Televsion bit-trażmissjoni li tibda fit-19:40, b’kummentarju ta’ Chris Micallef u Konrad Sultana u b’kollegamenti minn fuq it-touchline minn Rowen Camilleri.
//= $special ?>