Libjan ta’ 29 sena kien arrestat mill-pulizija wara li allegatament wettaq 22 serqa minn diversi karozzi u ħwienet mil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Ħamrun u Ħal Qormi.
Il-Pulizija qalet dan permezz ta’ stqarrija hekk kif wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet intensivi u ħidma konġunta bejn il-Pulizija għall-Komunità tal-Belt u l-Floriana u l-Pulizija tad-Distretti tal-Belt u Ħal Qormi, wasslu għall-arrest ta’ dan ir-raġel.
Fost l-affarjiet li nsterqu hemm ammont sostanzjali ta’ oġġetti, fosthom flus kontanti, apparat elettroniku bħal mobile phones u tablets, kif ukoll ħwejjeġ u aċċessorji.
L-investigazzjonijiet wasslu biex ġie identifikat l-allegat ħalliel u kien arrestat nhar it-Tnejn li għadda fil-Marsa.
Huwa mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tan-12.30pm quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke.
//= $special ?>