Il-11-il stadju tat-Tour de France fuq medda ta’ 152 kilometru minn Albertville sa f’Col Du Grannon Serre Chevalier offra spettaklu u waħda mill-akbar sorpriżi mid-Daniż Jonas Vingegaard ta’ Jumbo Visma li rebaħ f’ 4 sigħat 18 il-minuta u 2 sekondi b’distakk ta’ 59 sekonda mill-Kolombjan Nairo Quintano ta’ Team Arkea Samsic. Fit-tielet post il-Franċiż Romain Bardet ta’ Team DSM b’distakk ta’ 1 minuta u 10 sekondi qabel il-Britanniku Gerain Thomas ta’ Ineos Granadiers b’distakk ta’ 1 minuta 38 sekonda.
Bis-suċċess fil-11 il-stadju Vingegaard tela’ waħdu fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali b’41 siegħa 29 minuta 59 sekonda b’distakk vantaġġ ta’ 2 minuti 16 il-sekonda minn Romain Bardet. Tadej Pogacar tas-Slovenja għal UAE Team Emirates li kien leader niżel fit-tielet post b’distakk ta’ 2 minuti 22 sekonda filwaqt li Gerain Thomas jinsab fir-raba’ post b’distakk ta’ 2 minuti 26 sekonda. It-tnax il-stadju tat-Tour huwa bejn Briancon u Alpe d’Huez.
//= $special ?>