Futbol Sport

L-Iżvezja jegħlbu lill-Iżvizzera b’gowl ta’ Hanna Bennison

(Ritratt: EPA)

Bilanċ assolut bejn iż-żewġ timijiet matul l-ewwel taqsima bil-goalkeepers rispettivi Rut Hedwig Lindahl u Gaelle Thalmann iżommu l-iskor intatt minkejja li Żvezja f’mumenti kellhom aktar pussess. Bi Żvezja fuq l-offensiva fit-53 minuta fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ Kosovare Asllani, FRIDOLINA ROLFO għelbet lil Thalmann. Reazzjoni immedjata mill-Iżvizzera li żewġ minuti wara kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ RAMONA BACHMANN. Madankollu fid-79 minuta minn azzjoni ta’ Rolfo kienet HANNA BENNISON li mill-ġdid poġġiet lil Iżvezja fil-vantaġġ. Ebda reazzjoni mill-Iżvizzera minkejja li gowl ieħor għall-Iżvezja skorjat minn Rebecka Blomquist ma kienx ikkonvalidat bil-VAR bil-partita tintemm 2 – 1 għall-Iżvezja.

Dak li deher kollox faċli għall-Olanda li wara biss seba’ minuti marret fil-vantaġġ kellu xejra differenti fil-mument li Portugall daħlet fil-partita. Olanda fetħet fuq l-offensiva . Minn azzjoni ta’ Sherida Spitse kienet DAMARIS EGURROLA li għelbet lil Ines Teixeira Pereira. F’nuqqas ta’ reazzjoni mill-Portugall, fit-16 il-minuta l-iskor sar 2 – 0 b’gowl minn STEFANIE VAN DER GRAGT . Madankollu fit-38 minuta Portugall daħlu fil-partita b’penalty mgħoti u skorjat minn CAROLE DA SILVA COSTA. 2 – 1 sa tmiem l-ewwel taqsima. Fis-47 minuta minn pass ta’ Da Silva Costa, kienet DIANA SILVA li għelbet lil Daphne Van Deomselaar għat 2 – 2 . Żewġ minuti wara gowl ta’ Jill Roord għall-Olanda ma kienx ikkonvalidat bil-VAR. Fit-62 minuta Olanda fil-vantaġġ permezz ta’ DANIELLE VAN DE DONK minn azzjoni ta’ Lieke Elizabeth Petronilla Martens 3 – 2 .

UEFA EURO 2022 NISA

Ilbieraħ: Żvezja v Żvizzera 2-1, Olanda v Portugall 3-2