Raġel sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq fallakka. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar f’residenza privata fi Triq iz-Zewwieqa, Għajnsielem.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 50 sena residenti Kerċem weġġa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet u waqa’ madwar sular minn fuq fallakka.
Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>