Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ordnat sid ta’ stabbiliment kummerċjali jħallas b’aktar minn €47,000 f’ħobż u ħelu li naqas milli jħallas f’perjodu ta’ xahrejn u tliet ġimgħat ta’ bejgħ Settembru u Novembru li għadda. Il-kumpanija Danish Bakery fetħet kawża kontra Roderick Bonnici wara li naqas milli jonora ftehim li sar bejniethom dwar bejgħ ta’ ħobż u ħelu li sar bejn is-7 ta’ Settembru tal-2021 u t-30 ta’ Novembru tal-istess sena.
L-Imħallef Christian Falzon Scerri laqa’ it-talbiet tal-kumpanija wara li Bonnici naqas milli jikkontesta t-talbiet li saru kontrih. Fid-deċiżjoni tagħha, il-qorti marret mill-ewwel għas-sentenza mingħajr is-smigħ tal-provi u kkundannat lil Bonnici jħallas lil Danish Bakery s-somma ta’ €47,405 bl-imgħax ta’ 8% fis-sena.
Il-Qorti ordnat ukoll li l-ispejjeż kollha marbuta ma’ dawn il-proċeduri flimkien mal-mandat ta’ sekwestru għandhom jitħallsu kollha kemm huma minn Bonnici, li tilef il-kawża.
//= $special ?>