Il-Prim Ministru ta’ Sri Lanka ħabbar stat ta’ emerġenza fil-pajjiż, wara jiem sħaħ ta’ protesti fit-toroq – u wara li d-dimostranti saħansitra okkupaw il-Palazz Presidenzjali.
Dan it-taqlib politiku huwa kollu riżultat tal-kriżi ekonomika li qed jaffaċjaw in-nies ta’ Sri Lanka. Fost l-oħrajn minħabba nuqqas kbir ta’ provvisti ta’ ikel.
Il-President Rajapaksa diġa’ ħarab mill-pajjiż permezz ta’ ajruplan militari, u għalhekk il-Prim Ministru ħa r-rwol ta’ Aġent President.
Fit-toroq, il-Pulizija kellhom jisparaw il-gass tad-dmugħ biex iferrxu lid-dimostranti.
In-nies qed jinsistu li se jagħmlu minn kollox biex jokkupaw il-bini governattiv sakemm dawk fit-tmexxija jwarrbu.
//= $special ?>