Il-preparamenti għaddejjijn ġmielhom, hekk kif nhar il-Ġimgħa jingħata bidu ghall-għoxrin edizzjoni tal-maratona Ohloq Tbissima li se tibqa’ għaddejja sal-Ħadd 17 ta’ Lulju.
Din il-maratona li ilha ssir ghal dawn l-ahhar għoxrin sena, isservi sabiex jinġabru fondi ghal Dar San Ġuzepp u l-missjonijiet li l-MSSP ghandha fil-Peru, fil-Pakistan u l-Filippini…u se tixxandar LIVE mill-istazzjonijiet kollha, fosthom NET Television.
L-Erbgħa filgħodu Net News żar Dar San Ġuzepp u tkellem ma’ Fr Louis Mallia, fejn spjega kif din is-sena l-flus li se jinġabru ser ikunu qed jintużaw għal diversi proġetti differenti – fosthom sabiex jinbena hub ġdid għat-tfal Maltin, li se jagħtihom esperjenza unika.
Il-flus li ser jinġabru tul din il-maratona, se imorru wkoll għall-proġetti oħra l‘hinn minn xtutna .. b’għajnuna li tasal f’pajjiżi bħalma huma l-Peru, il-Pakistan u l-Filippini.

Fr Louis Mallia tenna li għat-tielet sena konsekuttiva, din il-maratona ser isir ġewwa fil-magħluq minħabba diversi raġunijiet… fosthom minħabba l-pandemija tal-Covid-19.
Fr Louis Mallia spjegalna li d-donazzjonijiet jistgħu jingħataw permezz ta’ telefonata, bl-SMS kif ukoll online fis-sit Oħloqtbissima.com.