Fl-aħħar sigħat tilfu ħajjithom żewġ persuni bil-Covid-19 bit-total ta’ mwiet f’pajjiżna mill-bidu tal-pandemija s’issa tela’ għal 768.
U fl-aħħar 24 siegħa nstabu 280 każ ġdid filwaqt li fiequ 586 persuna oħra biex b’hekk it-total ta’ każ attivi kompla jonqos għal 7,255.
Dan it-total ma jgħoddx l-ammont ta’ persuni li ħarġu pożittivi mis-self tests li saru fi djarhom u ma rraportawx lill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
L-ammont ta’ pazjenti fl-Isptar Mater Dei jingħataw kura għal sintomi li qed jesperjenzaw kaġun tal-Covid qed jibqgħu mistura mill-Awtoritajiet tas-Saħħa… madanakollu, numru ta’ infermiera li tkelmu ma’ dan l-istazzjoni kkonfermaw li l-ammont ta’ pazjenti żdied tant li bilkemm qed ilaħqu.
//= $special ?>