Matthias Mizzi
ĦAMRUN SPARTANS………4
FC ALASHKERT……………….1
Ħamrun S.: H. Bonello, S. Borg, E. Marcelina, O. Bjelicic (O. Bjelcic 79’), J. Corbolan, R. Prsa, M. Guillaumier (M. Fedele 83’), R. Camenzuli, J. Robert, E. Sukisa (I. Nedeljkovic 56’), D. Soares ( E. Eder 78’)
FC Alashkert: O. Čančarević, T. Cametá, T. Voskanyan, D. Kadio, A. Edigaryan (F. Burbano 76’), T. Galvão (A. Karapetian 76’), A. Grigoryan, D. Khurtsidze (S. Metoyan 83’), B. Hohannisyan (R. Hovsepyan 63’), James, B. Diaz Saavedra (B. Diaz 46’)
Imwissija: S. Borg 83’, E. Eder 89’
Skorjaw: A. Yedigaryan 48’ (AKT), R. Prsa 55’ (ĦMR), M. Guillaumier 63’ (ĦMR), J. Robert 73’ (ĦMR), D. Soares 75’ (ĦMR)
Referee: Milos Savovic (MNE)
Assistenti Referees: Nikola Radulovic (MNE) & Aleksandar Djikanovic (MNE)
F’atmosfera mill-aqwa tul id-disgħin minuta, fl-Istadium taċ-Ċentinarju, Ħamrun Spartans għamlu l-impossibbli u skurjaw erba’ darbiet fit-tieni taqsima biex għaddew għall-fażi li jmiss tal-UEFA Europa Conference League.
F’bidu tajjeb u offensiv minn Ħamrun Spartans, l-ewwel li marru viċin kien fil-kwarta logħob meta l-akkwist il-ġdid Elvis Sukisa avvanza min-nofs iżda l-konklużjoni tiegħu kienet waħda ċentrali. Minkejja l-moral għoli wara din l-azzjoni Ħamrun batew xi ftit minn nuqqas ta’ movimenti fuq l-attakk tant li l-maġġoranza tal-kontrattakki tagħhom sfaw fix-xejn.
Fi ftuħ it-tieni taqsima, Ħamrun Spartans kienu ferm sfortunati meta Jonny Robert żmarka lid-difiża f’kontrattakk, qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper Čančarević u bil-konklużjoni tiegħu għaddiet tħakkek mal-lasta. Minuta biss wara, għal dan l-iżball mitluf, l-Ispartans ġew ikkastigati meta b’xutt mill-viċin Artak Yedigaryan għeleb għalkollox lil Bonello. Fil-53 minuta l-plejer internazzjonali Malti Matthew Guillaumier falla ċans tad-deheb meta waħdu fil-kaxxa ż-żgħira ma approfittax minn cross preċiż fuqu biex id-daqqa ta’ ras tiegħu għaddiet barra. Żewġ minuti biss wara, Ħamrun wieġbu tajjeb b’daqqa ta’ ras tal-Kroat Roko Prsa li spiċċat fix-xibka. Wara dan il-goal it-tim immexxi minn Branko Nisevic qam għall-okkażżjoni tant li fis-62 minuta Guillaumier għamel l-iskor 2-1 b’daqqa ta’ ras simili għall-gowl ta’ qablu. Mill-iżvantaġġ li rkupraw fit-73 minuta Jonny għamilhom tlieta b’xutt mill-isbaħ mill-viċin wara kross preċiż fil-baxx li ppenetra d-difiża. Kontra kull mistenni, żewġ minuti biss wara l-attakkant prolifiku tal-Ispartans Doda Soares għalaq il-logħba meta fil-kaxxa ż-żgħira Steve Borg waqqa’ tajjeb bir-ras lejn sieħbu b’dan tal-aħħar tefa’ l-ballun fix-xibka mingħajr wisq diffikultà.
