Lokali

“Il-Qorti tikkonferma l-kontroll assolut ta’ Robert Abela fuq ix-xandir nazzjonali” – Bernard Grech

“Il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jingħata raġun.” Hekk kiteb f’post fuq il-media soċjali l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech hekk kif ftit tal-ħin ilu l-Qorti sabet ħatja lill-Awtorità tax-Xandir u lill-PBS bi żbilanċ fix-Xandir Pubbliku, ksur tad-dritt tal-espressjoni tal-Partit Nazzjonalista u diskriminazzjoni fil-konfront tal-partit u għalhekk ordnat li l-Awtorità u l-PBS iħallsu danni lill-Partit.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Qorti reġgħet kienet kruċjali biex kien ikkonfermat il-kontroll assolut ta’ Robert Abela fuq ix-xandir nazzjonali. Bernard Grech kiteb li kien ikkonfermat ukoll li żewġ istituzzjonijiet f’pajjiżna ma ħadmux sew u aġevolaw lill-Gvern ta’ Robert Abela.