Lokali

Isofri ġrieħi gravi f’idu waqt li kien qed jaħdem b’chaser

Raġel sofra ġrieħi gravi wara inċident waqt li kien qed jaħdem b’chaser f’sular li jinsab taħt kostruzzjoni f’razzett fi Sqaq il-Kalkara, Ħad-Dingli. Il-każ seħħ l-Erbgħa, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 67 sena residenti Ħad-Dingli, kien qiegħed jaħdem b’chaser f’sular li jinsab taħt kostruzzjoni u weġġa’ idejh.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.