Lokali

Jaf tesperjenza tibdil fid-dati tal-ivjaġġar lejn l-ajruport ta’ Heathrow

Dawk li se jkunu qed jivjaġġaw lejn l-ajruport ta’ Heathrow bejn il-15 u l-24 ta’ Lulju jaf jesperjenzaw tibdil fid-dati tal-ivjaġġar filwaqt li fil-ġimgħat li ġejjin kapaċi jitħabbru iktar titjiriet li jikkanċellaw jew jesperjenzaw xi forma ta’ tibdil.

Fost dawk li ġew affetwati hemm it-titjira KM103 u KM102 li minkejja li ma ġew ikkaċellati, dawn se jkollhom joperaw siegħa qabel il-ħin pjanat.

Kull titjira oħra tal-AirMalta li mistennija tmur lejn Heathrow mhix pjanata li tiġi affetwata.

L-Ajruport ta’ Heathrow bħalissa qed jesperjenzaw sfidi kbar b’mod speċjali fejn tidħol is-sigurtà u anke operat ieħor.

Minkejja dan kollu, il-kumpanija tal-ajru Emirates qed tirrifjuta li twaqqaf il-bejgħ tal-biljetti tal-ajru għal titjiriet li sejrin lejn Heathrow – ordni li ħarġet mit-tmexxija tal-Ajruport ta’ Heathrow. Emirates qed tqis din l-ordni mbħala hux aċċettabli.

Emirates saħqu kif kienu ilhom jappellaw lit-tmexxija biex tinstab soluzzjoni għan-nuqqas ta’ riżorsi għal dawn l-aħħar xhur iżda l-ebda pjan ma sar. Jidher li issa, it-tmexxija tal-Ajruport ta’ Heathrow tat lil Emirates 36 siegħa biex inaqqsu t-titjiriet. U jekk dan ma jsirx, l-Ajruport se jkun qed jieħu azzjonijiet legali kontrihom.