Jesper Kristiansen, ta’ 32 sena, ta’ nazzjonalità Daniża, t-tielet raġel li ġie akkużat bil-qtil ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski f’Awwissu 2020, issa ġie akkużat formalment wara li ngħalqu l-provi fil-kumpilazzjoni, u għaldaqstant issa jinsab fil-proċess biex jgħaddi ġuri.
Iż-żewġ vittmi nqatlu b’tiri ta’ tiri f’darhom fi Locker Street, Tas-Sliema fit-18 ta’ Awwissu 2020, f’dik li hija maħsuba li kellha tkun serqa li marret ħażin. Daniel Muka mill-Albanija u Viktor Dragomanski mill-Maċedonja ta’ Fuq huma wkoll akkużati separatament dwar il-qtil.
Waqt is-serqa, Pandolfino ġew sparati lejh ħames tiri f’wiċċu u f’għonqu, u miet fuq il-post. Is-sieħeb tiegħu, Maciejowski inqatel b’tir wieħed f’wiċċu. L-Avukat George Camilleri rrappreżenta lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fil-proċeduri.
Il-kumpilazzjoni fil-konfront tad-Daniż Jesper Kristiansen ta’ 30 sena akkużat bil-qtil doppju f’Tas-Sliema se tibda nhar it-Tnejn quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud. Kristiansen huwa t-tielet suspettat b’rabta mal-qtil ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski.
Kristinasen kien tressaq il-Qorti l-Ġimgħa 20 ta’ Novembru tal-2020 wara li ġurnata qabel inġieb Malta minn Spanja wara li kien ħarab lejn dan il-pajjiż. Meta tressaq qal li m’għandux residenza fissa qal ukoll li x-xogħol tiegħu huwa ‘on line’ u wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.
Il-kumpilazzjoni fil-konfront tiegħu kienet preseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, l-istess Maġistrat sema’ wkoll il-provi fil-konfront ta’ Victor Dragomanski. Mill-provi li ħarġu rriżulta li ġew sparati ħames tiri fil-kondfront ta’ Christian Pandolfino, liema tiri kienu mill-viċin u kien l-ewwel wieħed li miet.
Dan peress li kien hu li ġie aggredit l-ewwel. Kollox jindika li Ivor Maciejowski miet ftit wara minn tir wieħed u minn distanza ftit aktar il-bogħod, liema tir kien wieħed vfatali li spiċċa f’rasu. L-avukat Stefano Filletti huwa l-avukat difensur ta’ Kristiansen. L-Avukat Joe Giglio qed jirrappreżenta lill-qraba tal-vittmi bħala parte civile.