Internazzjonali

Lejn soluzzjoni dwar l-esportazzjoni tal-qamħ mill-Ukrajna

It-Turkija qed tgħid illi intlaħaq qbil dwar l-esportazzjoni tal-qmuħ mill-Ukrajna. Dan wara taħdidiet li saru mar-Russja biex ma tibqax tiġi imblukkata l-esportazzjoni tal-provvisti tal-ikel li jgħaddu mill-Baħar l-Iswed.

Il-Ministru tad-Difiża Tork stqarr li ż-żewġ naħat qablu fuq soluzzjoni immedjata, u li tiggarantixxi rotot siguri għall-vapuri li jġorru l-qamħ.

Il-ftehim finali se jkun iffirmat il-ġimgħa d-dieħla.

Intant, tul il-jum, anke l-Korea ta’ Fuq ħarġet b’mod ċar il-pożizzjoni tagħha dwar dan il-kunflitt fil-Lvant tal-Ewropa. Bi Pyongyang jirrikonoxxi dawk li r-Russja qed issejħilhom “reġjuni indipendenti” ta’ Luhansk u Donetsk.