Madwar 550 mara bdew proċeduri fil-Qorti kontra l-kumpanija ta’ taxis Uber dwar allegazzjonijiet ta’ każijiet ta’ abbuż sesswali fl-Istati Uniti.
Fost l-allegazzjonijiet hemm li xufiera ta’ Uber abbużaw sesswalment, segwew, u ffastidjaw lil numru ta’ passiġġiera… b’allegazzjonijiet oħra li xi xufiera saħansitra ħatfu u żammu persuna kontra r-rieda tagħha.
Barra dawk il-mijiet ta’ każijiet li diġa’ tressqu l-Qorti, mill-inqas 150 każ ieħor qed jiġu investigati mill-Pulizija.
Il-kumpanija se tkun qed titressaq il-Qorti għall-fatt li allegatament kienu ilhom jafu mill-2014 dwar din is-sitwazzjoni fuq passiġġiera nisa iżda għażlu li jaraw lill-kumpanija tagħmel suċċess minflok tħares is-sigurtà tan-nies li jagħżlu s-servizz tagħhom.
Ix-xahar l’għadda, Uber ippublikaw rapport tal-kumpanija li juri li fl-2020 kien hemm kważi elf rapport ta’ abbuż sesswali, b’141 minnhom kienu rapporti ta’ stupru.
L-istess rapport juri kif fuq sentejn, il-kumpanija rċiviet total ta’ 3,824 rapport li jaqgħu taħt il-ħames l-iktar kategoriji severi ta’ abbuż sesswali.
//= $special ?>