Internazzjonali

Tkompli t-tellieqa għal min se jieħu post Boris Johnson

Illum imiss it-tieni round ta’ votazzjoni fost id-deputati tal-Partit Konservattiv Ingliż, hekk kif it-Tories qed jagħżlu s-suċċessur ta’ Boris Johnson… li se jwarrab minn Downing Street f’Settembru li ġej.

Minn tmienja, il-kandidati issa niżlu għal sitta.

Il-votazzjoni se terġa’ ssir fis-2:30pm, u r-riżultat joħroġ fis-6 tal-lejla.

Id-deputati li fadal fit-tellieqa huma Kemi Badenoch, Suella Braverman, Penny Mordaunt, Rishi Sunak, Liz Truss u Tom Tugendhat.