Għall-ħabta tal-10:30 tal-Ħamis filgħodu, mara ta’ 43 sena li ttajret fi Triq Manwel Dimech, f’Ħal Qormi spiċċat issofri minn ġrieħi gravi.
Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett fejn mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li l-mara, Eġizzjana li tgħix Raħal Ġdid, sfat imtajra minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 64 sena minn Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jagħtu l-ewwel għajnuna.
Iktar tard hi ttieħdet l-Isptar fejn ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.
Dan hu t-tieni inċident li seħħ fi ftit sigħat f’din l-istess triq hekk kif żagħżugħ ta’ 16-il sena, il-bieraħ, ittajjar minn karozza. Hu spiċċa jsofri minn ġrieħi gravi.