Żagħżugħ ta’ 16-il sena residenti Ħal Qormi spiċċa jsofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza għal ħabta tal-għaxra u nofs tal-bieraħ filgħaxija fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li ż-żagħżugħ intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 71 sena residenti Ħal Qormi wkoll.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.