Charles Polidano llum ipprovda lill-pulizija dokumentazzjoni biex jirribatti kull xniegħa li hu jew ibnu Gordon ħadu sehem f’imġieba mhux xierqa f’negozjati li saru fil-Malta Freeport Terminals.
Kelliem għal Polidano qal: “Is-Sur Charles Polidano ma ġie akkużat bl-ebda reat u huwa determinat li juri li s-suġġerimenti ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus huma bla bażi.
L-istqarrija qalet li s-Sur Polidano u ibnu se jkomplu juru l-innoċenza tagħhom permezz tal-avukati tagħhom Michael Sciriha u Franco Galea.
Intqal li ta’ min jinnota li Polidano wettaq ix-xogħol infrastrutturali ewlieni kollu fil-Malta Freeport b’servizz u xogħol li dejjem kien tal-ogħla kwalità.
//= $special ?>