Futbol Sport

Futbol tan-Nisa – Euro 2022: Franza tikkwalifika filwaqt li l-Italja trid bilfors rebħa

(Ritratt: EPA)

Fl-Academy Stadium l-Italja u l-Iżlanda spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Mit-telfa ta’ 5-1 kontra Franza , riżultat li jħalli lil Italja tittama għall-aħħar partita ta’ nhar it-Tnejn fejn biex tgħaddi mill-grupp trid tgħeleb bilfors lil Belġju. Wara biss tliet minuti Karolina Lea Vilhjolmsdottir għelbet lil Laura Giuliani biex poġġiet lill-Iżlanda fil-vantaġġ u l-uniku gowl matul l-ewwel taqsima. Għat-tieni taqsima Milena Bertolini, kowc tal-Italja wettqet sostituzzjoni b’Bonansea fl-attakk tant li fit-62 minuta minn azzjoni tal-istess Bonansea kienet Valentina Bergamaschi li għelbet lil Sandra Sigurdardottir. Fl-aMinuti wara xutt ta’ Barbara Bonansea stampa mal-lasti bil- partita tintemm 1-1

Mill-istess Grupp fin-New York Stadium : Franza għelbu lill-Belġju bl-iskor ta’ 2-1. Bit-tieni rebħa minn daqstant partiti, Franza saru l-ewwel tim li kkwalifika mill-Grupp. Fis-sitt minuta Franza marret fil-vantaġġ. Azzjoni ta’ Sabina Karchaoui lejn Kadidiatou Diani li għelbet lil Nicky Evrard. Reazzjoni minn Belġju li fis-36 minuta għamlu l-iskor 1–1 . Pass ta’ Tessa Wullaert lejn Janice Cayman li ma fallietx. Madankollu fil-41 minuta Franza mill-ġdid fil-vantaġġ permezz ta’ Griedeg Mbock Bathy minn azzjoni ta’ Clara Mateo. biex l-ewwel taqsima ntemmet 2-1. Fit-tieni taqsima fid-89 minuta tkeċċiet Amber Tysiak għal Belġju filwaqt li minuta wara Wendie Therese Renard falliet penalty għal Franza.

Valentina Bergamaschi tiċċelebra l-goal tad-draw għall-Italja (Ritratt: EPA)