Fl-Estadi Nacional d’Andorra, Gżira United ma’ ddiżappuntawx biex b’rebħa ta’ 1-0 kontra Atletic d’Escaldes li mmaturat fil-ħin barrani kkwalifikaw għat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League.
Fl-ewwel leg fis-Centenary Stadium il-partita ntemmet fi draw ta’ 1-1. L-iskor sa tmiem il-partita kien dak ta’ 0-0 biex fil-105 minuta, fil-ħin barrani minn azzjoni ta’ Brooklyn Borg kien JEFFERSON li b’xutt mill-ewwel għeleb lil Alex Ruiz għal gowl li kien biżżejjed għal Gżira biex jikkwalifikaw.
Fir-rawnd li jmiss Gżira jilgħabu kontra Nis Radnicki tas-Serbija bl-ewwel leg jintlagħab f’pajjiżna nhar il-Ħamis li ġej fis-19:00.
//= $special ?>