Abner Aquilina ta’ 20 sena miż-Żejtun qal lill-Pulizija waqt li kien qed jiġi interrogat mill-Pulizija qal li l-dimonju qallu biex joqtol żewġ persuni oħra u kien wettaq biss 33% tal-pjan. F’aktar minn tliet sigħat ta’ seduta fil-kumpilazzjoni fejn iż-żagħżugħ qed jiġi akkużat bil-qtil tagħha, Aquilina filwaqt li qal li ma riedtx iweġġa’ lil Paulina Dembska, ngħad li iżda qatilha għax irreżistiet.
Dan ħareħ meta l-Ġimgħa kompliet il-kumpilazzjoni tal-provi kontra Abner Aquilina akkużat bil-qtil tal-istudenta Paulina Dembska ta’ 29 sena. Aquilina jinsab akkużat li stupra u qatel lill-Pollakka li l-katavru tagħha nstab fi Ġnien Indipendenza f’Tas-Sliema fit-2 ta’ Jannar li għadda.
Wara li semgħet żewġ Spetturi tal-Pulizija u psikjatra jixhdu l-Qorti ddikjarar li hemm biżżejjed provi biex Aquilina jitqiegħed taħt att ta’ akkuża u eventwalment jgħaddi ġuri. Ħareġ mill-provi li allegatament Aquilina stupra li-tfajla li kienet liebes barnuża tal-istess marka bħal dik li nstabet fuq il-katavru tagħha mill-Pulizija. L-akkużat qal wkoll meta ġie rrekkordjat bil-bodycam tal-Pulizija li l-ewwel ta bil-ponn u bis-sieq.
Fl-aħħar seduta fil-Qorti, il-Maġistrat Mars Ann Farrugia iddeċiediet li Aquilina kien fi stat ta’ genn fil-ħin tal-qtil, u dan wara li semgħet l-opinjoni ta’ tliet psikjatri. Kif kien irraporta Net News dan kien ifisser li l-Avukat Ġenerali trid tiddeċiedi jekk tipproċedix bi proċess dwar ġenn f’dak li jisejjaħ ġurin jew ikomplix bil-każ, fejn il-kwistjoni tal-ġenn se tiġi deċiża flimkien mal-kumplament tal-każ. Kollox jindika li l-AĠ se tkompli għaddejja bil-każ.
Sadanittant Aquilina reġa’ ma tfaċċax il-Qorti hekk kif ġie ddikjarat li “mhux f’qagħda tajba biex jattendi” għas-seduta. Fil-bidu tal-kumpilazzjoni qam argument jaħraq bl-avukat tal-familja tal-vittma Stefano Filletti jgħid: “Kien hawn l-aħħar darba u beda jitbissem meta ngħatat id-deċiżjoni tal-esperti.”
L-Avukat tal-akkużat, Mario Aquilina qal li l-klijent tiegħu jinsab assenti wara li ġie dikjarat li mhux f’saħħtu. L-Ispettur Wayne Camilleri minn naħa tiegħu qal lill-Qorti li l-Ħamis waranofsinhar kien irċieva żewġ emails. Waħda mingħand Jonathan Abela, infermier anzjan fl-Isptar Monte Karmeli mis-Seclusion Ward.
L-Avukat Mifsud oġġezzjona li fil-qorti tkun fil-miftuħ u tiżvela l-kundizzjonijiet mediċi tal-imputat u talab biex jixhed personalment xi ħdd mill-istaff mediku, preferibbilment psikjatra. L-Ispettur Camilleri qal ukoll minn naħat tiegħu li kien irċieva t-tieni email mingħand il-psikjatra Hector Cutajar li ddikjara li Aquilina ma kienx tajjeb biex jattendi l-qorti. Il-Maġistrat minn naħa tagħha ordnat lill-psikjatra biex fis-seduta tal-Ġimgħa stess ikun preżenti fil-Qorti biex jikkonferma dan.
Il-familja tal-vittma f’Malra isegwi l-proċeduri
Għall-ewwel darba, il-familja ta’ Paulina Dembska jinsabu l-qorti biex isegwu l-proċeduri. Oħtha tinsab hawn hekk kif l-Ispettur Wayne Camilleri mill-iskwadra tal-omiċidji jitla’ fuq il-pedana tax-xhieda biex jagħti d-depożizzjoni tiegħu. Camilleri għadda dettalji dwar il-każ fejn tenna li fit-2 ta’ Jannar filgħodu rċieva telefonata mill-‘control room’ tal-Pulizija dwar il-ġisem bla ħajja li kienet bla ħwejjeġ ta’ mara. Il-katavru nstabt biswit ix-showroom Boris Arcidiacono fid-daħla tal-Ġnien Indipendenza, f’Tas-Sliema.
L-uffiċjali mis-“scene of the crime” kienu diġà waslu fuq il-post fejn huwa raha il-katavru femminili għarwiena li kienet mimduda wiċċha ‘l fuq. Il-wiċċ kien vjola u mbenġel. Ħdejha kien hemm par żarbun, jeans irrumblat bil-ħwejjeġ ta’ taħt b’tali mod li xi ħadd ġibidhomlha bl-addoċċ.
Ħdejn il-ġisem kien hemm beritta tad-ditta u borża bajda. Mal-puġġaman tal-ġnien kien hemm imwaħħal biċċiet tax-xagħar, tal-istess kulur tal-vittma. Id-demm kien mifrux madwar fl-inħawi. L-identità tagħha sa dak il-ħin kienet għadha mhix magħrufa iżda fil-bwiet tal-jeans tagħha kienu hemm xi dokumenti.
L-Ispettur u l-Kuntistabbli tiegħu ħadu dawk id-dokumenti li kienu jikkonsistu f’karta tal-identità Pollakka u credit card. Għaldaqstant ix-xhud qal li skoprew li l-possibbiltà kienet li l-vittma kienet Paulina Dembska, ta’ nazzjonalità Pollakka. L-ispettur għadda dawn id-dokumenti lill-Qorti flimkien ma’ key card mill-hostel fejn kienet tgħix Paulina. Dokumenti oħra inkludew ‘business card’ mill-post fejn kienet toqgħod u l-karta tal-istudent tal-vittma.
Il-vittma ġiet irreġistrata bħala “Ms X” sakemm ġiet ikkonfermata l-identità tagħha. Fuq ix-xena tad-delitt mar ukoll l-Ispettur Jonathan Ransley, li nforma lil Camilleri li għall-ħabta tat-8am irċevew telefonata mill-għassa ta’ San Ġiljan li kienet tgħid li għall-ħabta tas-6am kienu arrestaw lil Abner Aquilina wara li kien ħoloq xi kommossjoni fi knisja f’San Ġiljan.
Aquilina qal lill-pulizija li kien mar il-knisja biex ifittex qassis. Il-Pulizija nnutat xi qatgħat f’idejn l-akkużat. Huwa ttieħed fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana.
Qal lil ommu u lil missieru biex jitilqu “għax inkella se jkun hemm żewġ vittmi oħra”
Meta l-ġenituri tiegħu marru hemm, huwa qalilhom biex “jtilqu għax inkella jkun hemm żewġ vittmi oħra.” Imbagħad wara beda jitkellem. Aquilina qal lill-pulizija li Satana kien qallu biex jagħmel xi ħaġa. “Jien wettaqt biss 33% tal-pjan,” huwa qalilhom. Qal li mara daħlet fil-knisja. Beda jsegwiha mill-parkeġġ. Huwa xammha wkoll. Dehret li kienet Maltija, qasira, u b’xagħar aħmar.
“Ma rridx nerġa’ nħares lejha. Dak li sar sar. Qtilt persuna u mbagħad stuprajtha. Ma ridtx inweġġagħha daqshekk. L-ewwel ippruvajt nattakka żewġt irġiel, iżda mbagħad ħsibt aħjar lil persuna waħda biss,” huwa qal lill-pulizija.
Meta l-pulizija staqsewh kif qatel lill-mara, Aquilina għamel sinjali ta’ daqqa ta’ ponn u sieq. “Dan ifisser suwiċidju għalija,” huwa sostna mal-pulizija. “Int taf Clockwork Orange. Dak il-film?… dik hija l-istorja ta ‘ħajti,” kompla jisħaq mal-Pulizija.
Dak li qal lill-Pulizija nqabad fuq il-bodycams tagħhom
Dan il-kliem kollu nqabad fuq bodycams tal-pulizija. Kellu titjir ta’ demm fuq il-kalzetti u jdejh kienu nfaxxati. Il-Pulizija qratlu d-drittijiet tiegħu u qalulu li kien qed jiġi mixli mhux biss dwar l-inċident fil-knisja tal-Balluta iżda wkoll dwar qtil.
“Illum għamilt xi ħaġa ħażina,” kompla jgħid lill-pulizija. “Naf li għamilt xi ħaġa ħażina ħafna. Tlaqt mill-parkeġġ bħala persuna differenti.” Ix-xhud qal li Aquilina ngħata d-drittijiet tiegħu u reġa’ ġie offrut assistenza legali wara li reġgħu kellmuh. U din id-darba ried ikellem lill-avukat tiegħu Mario Mifsud. Aktar dettalji ta’ dak li qal Aquilina, kif irreġistrat fuq bodycam tal-pulizija, huma żvelati fil-Qorti.
“Qed iġegħlni nitlaqha u mmur noqtol aktar nies (b’referenza għal dak li kien qed jordnalu d-dimonju). Id-dinja kienet tispiċċa. Qalli biex inpoġġi l-isperma ġewwa. Ma ridtx nagħtiha l-isperma tiegħi għax li tagħti l-isperma hija tagħti r-ruħ tiegħek,” huwa qal lill-Pulizija..
Aquilina qal ukoll ill-pulizija li kien wasal bil-mutur. Aktar tard dakinhar filgħodu l-Ispettur ġie infurmat li fil-livell -1 tal-Lukanda Marriott sabu r-rota tiegħu, b’xi traċċi tad-demm fuqha.
Ommu tgħid lil kien juża’ d-droga
Il-Pulizija marru wkoll id-dar tal-ġenituri tiegħu u tkellmu ma’ ommu. Hi qaltilhom li kien juża d-droga u lagħab il-flus u kien qed jgħix f’dar fil-qrib ta’ membru tal-grupp evanġeliku River of Love. Kien ilu joqgħod hemm tliet ijiem. Ommu rat lil Abner l-aħħar fit-2 ta’ Jannar filgħodu. Hija kienet rieqda u qamet minħabba l-istorbju tiegħu hekk kif ippakkja xi oġġetti personali u qalilha li kien se jerġa’ jitlaq.
Terza persuna qalet lill-pulizija li għall-ħabta tal-5am ra raġel fid-daħla tal-ġonna. Huwa ħaseb li dan kien qed jagħmel il-press-ups. Imma malli resaq tul il-promenade lemaħ par saqajn femminili taħtu. Ir-raġel kien liebes top maroon. Huwa ħaseb li r-raġel kien qed jagħmel sess. “Xi ħaġa normali f’dawk iż-żoni,” huwa kien iddikjara mal-Pulizija. Ir-raġel li ra dan kollu kien liebes il-headphones waqt li kien qed jisma’ r-rużarju.
Mietet fgata u kellha l-kustilji miksura
Ix-xhud qal li saret awtopsja fuq il-katavru tal-vittma u l-kawża tal-mewt kienet strangolazzjoni. Ġisimha kellu kustilji miksura u ġrieħi kompatibbli ma’ dak li kien iddeskriva Aquilina. Hija kellha ġrieħi interni fil-vaġina, qal l-ispettur, “bħallikieku xi ħaġa bil-ponta kienet iddaħħlet hemm”. Esperti mediċi għandhom jitfgħu aktar dawl fuq dan, żied jgħid ix-xhud.
Il-vittma ħalliet il-hostel għall-aħħar darba għall-ħabta tas-2:00am tat-2 ta’ Jannar fil-kumpanija ta’ ħabib tagħha. Huma mxew minn Triq Trofimus, imbagħad għal Triq Rudolph u wara nfirdu. Hija marret lejn il-Promenade ta’ Tas-Sliema.
Fl-4:38am CCTV minn ħanut tal-merċa, ftit metri ‘l bogħod mix-xena tad-delitt, li kien l-aħħar li rreġistra il-movimenti tal-vittma. Dak kien meta Paulina Dembska dehret ħajja l-aħħar. Ħabib tagħha, ta’ nazzjonalità Kolombjana, ikkonferma li kien mar mixja mal-vittma.
Aquilina ġie rintraċċat sal-parkeġġ tal-lukanda Marriott, minn fejn telaq, imbagħad ġera żewġt irġiel qrib Peppi’s Kiosk iżda dawn irnexxielhom jaħarbu. Imbagħad inqabad mill-istess CCTV camera, eżatt wara li għaddiet Paulina. L-Ispettur tkellem dwar xi punti oħra fosthom kif Aquilina ddeskriva kif kien jiġi mċaħħħad min-nisa li ma riedux jafu bih u qal li kien aktar faċli li tagħmel sess mal-irġiel. Huwa ddeskriva lilu wkoll nnifsu bħala bisesswali.
Kien abbużat minn raġel li jinsab il-ħabs
Huwa qal lill-Pulizija li kien ukoll abbużat sesswalment meta kien adoloxxenti u min abbużah kien spċċa l-ħabs. L-Ispettur kompla jixhed fuq l-interrogazzjoni fejn saħaq li dakinhar tal-qtil, l-akkużat ftakar li pparkja r-rota tiegħu fil-lukanda Marriott. Huwa ra żewġt irġiel tul il-promenade. Saffrilhom u staqsihom fejn kienu sejrin. Huma injorawh u baqgħu mexjin fuq. Għalhekk poġġa ċ-ċwievet tiegħu f’ponn magħluq, b’ ċavetta waħda barra, u ġera warajhom. Imma laħqu ħarbu.
Qal li l-isem ta’ Paulina ma kienx familjari. Meta ġie muri ritratt tagħha, ma għamel l-ebda reazzjoni. Qal li ma jiftakarx għax “kien hemm frekwenzi li bdew jikkontrollaw moħħu.” Il-Pulizija użaw laptop waqt l-interrogazzjoni u wrewlu l-filmati. Iżda ma qal xejn, deher skomdu ħafna, ma għamel l-ebda kuntatt mal-għajnejn u saħansitra tella flokk fuq rasu biex jinħeba ‘l bogħod mill-ħarsa tal-pulizija. “Huma l-kalamiti li kienu qed jikkontrollaw moħħu,’ huwa qal lill-Pulizija.
Qal li kien liebes top maroon. Dak il-lejl ma kienx qed iħoss il-bard. “Tajjeb għall-isforzi li qed tagħmlu, kont viċin li nammetti imma ma rnexxilkomx,” qal Abner lill-investigaturi hekk kif is-sigħat ta ‘interrogazzjoni waslu fi tmiemhom. Stefano Filletti, avukat tal-familja tal-vittma, għamel xi mistoqsijiet.
Waqt l-interrogazzjonijiet, kif kienet l-imġieba taʼ Abner? Kien fi stat li jwieġeb? Iva, qal ix-xhud. Fil-fatt, tenna l-ispettur, fl-ewwel minuta tal-ewwel interrogazzjoni, Abner waqa’ mal-art. Iżda meta l-pulizija wissietu li dak it-tip il-logħob ma kienx se jaħdem, Abner waqaf. U Psikjatra fl-inkjesta maġisterjali kien iċċertifikah bħala tajjeb.
Ma qalx jekk iddispjaċihx jew le
Filletti staqsa jekk l-akkużat kienx mistoqsi jekk kienx jiddispjaċih għal dak li għamel. L-ispettur li għamilha ċara li jiddistingwi t-tajjeb mill-ħażin, iżda ma riedx jgħid jekk kienx qed jiddispjaċih. Għalkemm qal li wara mar il-knisja u deher jaqsam ħafna drabi. Dak ittieħdet bħala xi sinjal ta’ rimors. Qal ukoll li qatt ma ried iweġġagħha daqstant. Wara d-difiża bdiet tagħmel mistoqsijiet lix-xhud.
L-Avukat Mario Mifsud staqsa jekk Aquilina kienx aggressiv fil-poliklinika, bl-Ispettur Camilleri jwieġeb fin-negattiv. Dwar għaliex inxtegħelu l-bodycams. Ix-xhud qal li dik hija l-proċedura tal-korp. Qal li l-cameras jinxtegħlu meta persuna tiġi skortata u Aquilina ġie mwissi dwar dan. Tant kien jaf li kultant kien beda jħares lejn il-bodycams u tkellem fid-direzzjoni tal-cameras.
Ix-xhud qal li Id-drittijiet legali ngħataw aktar tard għax għax il-Pulizija ma kellhomx idea li kien se jammetti li kien hu li qatilha, bix-xhud jgġid li l-akkużat kien fi stat aġitat ħafna. Dr. Mario Mifsud kompla bis-serja ta’ domandi lill-ispettur dwar kif inqraw lil Aquilina d-drittijiet tiegħu. Camilleri qal li kien kollox ikkonfermat fuq bodycams. L-Ispettur qal li Aquilina kkonferma lili kien qed jitkellem dwar “mewġ” u “raġġi” il-ħin kollu.
Wara xehed l-Ispettur ShaunPawney li rrepeta ħafna dwar dak li xehed l-Ispettur Camiller. Huwa qal li bejn l-1 u t-2 ta’ Jannar meta kien sar jaf dwar is-sejba tal-katavru tal-vittma minn diplomatiku barrani. Kien l-ewwel wieħed li rrapporta. Meta ġiet iċċertifikata mejta, ġisimha kien mgħotti bil-ġakketta ta’ xi ħadd. Pawney qal ukoll li Aquilina pprova jaħrab meta l-pulizija marret fuqu iżda mbagħad qalilhom li beża’ minħabba s-sitwazzjoni li kien daħal fiha.
L-ispettur qal li fir-raba’ interrogazzjoni kollox kien sejjer tajjeb iżda meta bdew jitkellmu dwar il-qtil, Aquilina beda jġib ruħu b’mod stramb. Qal li kellu bżonn imur it-toilet u beda jisfar bil-qawwi. L-Ispettur Pawney fakkar ukoll li tfajla kienet rrrapportat f’Novembru tas-sena l-oħra, li Aquilina kien bagħatilha messaġġi. Huwa kien lemaħha f’Raħal Ġdid ma’ ommha u bagħtilha ritratt ta’ tissue maħmuġ bl-isperma.
Mara oħra qalet lill-pulizija li kienet marret ma’ Aquilina qalet li kienet laqtet marda sesswali, l-STD fl-2021. Iżda dik l-allegazzjoni ma setgħet tiġi ppruvata peress li l-mara kienet raqdet ma ‘irġiel oħra. Qal li fid-depot, l-akkużat għamel reżistenza meta l-pulizija ppruvaw jieħdulu l-marki tas-swaba’. Imma mbagħad ikkalma. Hu tkellem dwar “spirti.” Kien hemm filmati minn diversi cameras, jirreġistraw kollox. Qal li kien hemm sitt interrogazzjonijiet b’kollox, l-aħħar waħda fit-13 ta’ Jannar.
L-Ispettur Pawney qal li Aquilina kellu tendenza li jirreferi għall-films u l-istorja. Huwa rrefera għall-gwerrier Genghis Khan u r-rumanz The Clockwork Orange. Pawney qal ukoll li kien hemm tiċrit madwar il-vaġina tal-vittma. Il-Pulizija ssuspettaw li Paulina setgħet weġġgħet biċ-ċwievet ta’ Aquilina waqt l-attakk. Filmati qabdu t-tluq ta’ Aquilina miż-Żejtun, sejjer lejn San Ġiljan, l-inċident tiegħu maż-żewġt irġiel u mbagħad l-inċident fil-knisja tal-Balluta.
Talab għal maħfra Presidenzjali
Huwa kien skortat barra mill-knisja u tħalla fuq bank. Huwa rrifjuta li jidħol fil-karozza tal-pulizija u qal li kien se jagħmel dan biss “jekk ikollu karta mingħand il-president.” Dan deher li kien xi tip ta’ referenza għal maħfra, tenna l-Ispettur Pawney.
L-Avukat tal-familja tal-vittma, Stefano Filletti, fejn fuq is-saħħa ta’ Aquilina biex jiġi interrogat u jekk iwiġibx għall-mistoqsijiet, ix-xhud qal li kien hemm interrogazzjonijiet twal, aktar minn siegħa u ħafna mill-ħin il-konversazzjoni kienet normali.
Meta Aquilina ħassu taħt pressjoni, huwa ġab ruħu “b’mod mhux normali” u l-pulizija kellhom jibdlu t-tattika. Għall-ewwel beda jikkumidja fuq is-siġġu u ntefa’ mal-art. Il-Pulizija qaltlu li kien qed jiġi rreġistrat u li l-filmati kienu se jintużaw l-Qorti. Kien inutli li jġib ruħu b’dak il-mod ladarba ġie ċċertifikat bħala tajjeb għall-interrogazzjoni, kienu qalulu.
Dwar il-laċerazzjonijiet fil-parti ġenitali tal-vittma. L-ispettur qal li dawn kienu twal u profondi u kemmxejn vjolenti. Ir-reazzjoni ta’ Aquilina meta mistoqsi dwar dan, kienet li ma kellu l-ebda tifkira ta ‘l-inċident minħabba “l-kalamiti”. Fl-interrogazzjoni ma qallx li qatilha u stupraha, iżda ammetta meta tkellem mal-bodycams, qal ix-xhud li tenna li, “hu qatt ma ried joqtolha”.
Il-psikjatra Hector Cutajar kien l-aħħar xhud li nġieb jixhd fuq ordni tal-Qorti. Huwa qal li l-Ħamis eżamina lil Abner biex jiċċertifika jekk kienx tajjeb biex jidher il-qorti u ddikjarah mhux tajjeb. Hawn huwa għadda ċ-ċertifikat lill-Qorti li kien jgħid li fil-mument mhuwiex tajjeb biex jattendi l-qorti minħabba l-istat mentali tiegħu.
Il-psikjatra qal li mhux konxju tal-proċedura tal-Qorti u li diġà tkellem mal-infermier konċernat u jżid li l-kwistjoni ma kinitx taħt il-kontroll tiegħu. Huwa skuża ruħu mal-qorti. Il-Maġistrat Farrugia rrimarkat li għal referenza futura, informazzjoni personali dwar il-pazjenti m’għandhiex tintbagħat bl-email iżda permezz ta’ ċertifikat li għandu jingħata lid-difiża biex tesebixxi fil-qorti. Wara l-maratona ta’ seduta, il-qorti ddikjarat li hemm biżżejjed evidenza prima facie biex Abner jitqiegħed taħt att ta’ akkużi u eventwament jgħaddi ġuri. Il-kawża ġiet differita għat-2 ta’ Settembru li ġej.