Kollox jinsab lest biex Nicole Vella u Ron Bonsfield illum u għada jikkompetu fil-finali tal-Miss u Mister Supranational li se jsiru f’Nowy Sacz, il-Polonja.
Bħalissa qed isiru l-aħħar preparamenti biex dawn iż-żewġ serati jixxandru live fit-tmienja ta’ filgħaxija fuq l-istazzjon nazzjonali Polsat kif ukoll madwar id-dinja.
